“L-Eħfef Iva Ta’ Ħajti!” – Justine Ta’ MasterChef Jipproponilha L-Maħbub Tagħha

Justine Farrugia, li ftit xhur ilu rajnieha fuq MasterChef Malta, għadha kif ħabbret li se tkun qed titgħarras mal-maħbub tagħha wara li hu pproponielha fil-Barrakka ta’ Fuq.

L-eks parteċipanta ta’ MasterChef Malta fissret kif għaliha “din kienet l-eħfef iva” u esprimiet il-ferħ tagħha f’dan il-mument speċjali.

Minkejja li Justine kienet ġiet eliminata kmieni fil-kompetizzjoni ta’ MasterChef Malta, madankollu kien irnexxielha tikseb l-ammirazzjoni ta’ ħafna Maltin bil-karattru ferrieħi u d-determinazzjoni tagħha.

@justinefarrugia08 Easiest YES! ❤️💍 #fyp #proposal #yes #futurehusband #family #love ♬ Original Sound – Unknown

Nawguraw lil Justine u l-maħbub tagħha!







Ritratti:

TikTok / Justine Farrugia

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI