L-età tar-reklutaġġ fil-Korp tal-Pulizija jaf tiżdied minn 39 sena għal 50, skont kif irrappurtat mis-sit The Malta Independent.
L-istess sit spjega kif l-awtoritajiet qed jikkunsidraw il-possibbiltà li r-rekluti li jingħaqdu mal-Korp f'età kbira ma jikkwalifikawx għall-pensjoni sħiħa ta' 25 sena iżda minflok tinħadmilhom pensjoni fuq bażi pro-rata.
Jidher li din il-miżura qed tiġi kkunsidrata fl-isfond ta' nuqqas li ġie osservat matul dawn l-aħħar snin ta' rekluti ġodda fil-Korp tal-Pulizija.
Intom x'taħsbu dwar din il-miżura?
Facebook / The Malta Police Force