L-EU qed tipproponi li vetturi li jkunu ilhom fit-triq għal iżjed minn 10 snin jiġu mitluba sabiex jagħmlu t-test tal-VRT kull sena, minflok kull sentejn.
Bħalissa vettura tiġi mitluba tagħmel test tal-VRT kull sena jew kull sentejn abbażi ta' kemm-il kilometru tkun instaqet.
"Qed jiġi propost ukoll mill-Kummissjoni Ewropea li t-test tal-VRT jiffoka fuq l-importanza li l-parts tal-karozza jkunu kollha oriġinali u mhux imitazzjoni," kompla jispjega dwar din il-proposta l-MEP Malti Peter Agius.
Intom x'taħsbu dwar dan?
Pexels