Puttinu Cares ħabbret li nġabret is-somma impressjonanti ta' €56,410 grazzi għall-ġenerożità u l-impenn tal-Kaċċaturi, Nassaba u Xufiera tal-Kostruzzjoni Ħad-Dingli.
Din il-ġabra tirrifletti l-ispirtu ta' solidarjetà li jikkaratterizza lill-komunità, fejn bosta persuni ngħaqdu flimkien biex jagħtu s-sehem tagħhom favur il-ħidma ta' Puttinu Cares.
L-organizzazzjoni rringrazzjat ukoll lill-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli għas-sapport importanti li ta sabiex din l-inizjattiva tkun suċċess.
"Prosit kbir lill-Kaccaturi, in-Nassaba u x-Xufiera tal-Kostruzzjoni Ħad-Dingli għal din il-gabra straordinarja. Ringrazzjament speċjali wkoll lis-sapport tal-Kunsill Lokali ta' Ħad-Dingli, li kien essenzjali biex din l-inizjattiva tkun suċċess."
Puttinu Cares esprimiet l-apprezzament tagħha lejn kull min ta l-kontribut tiegħu u għen biex tintlaħaq din is-somma straordinarja.