L-ewwel konsenja tal-vaċċin Oxford-AstraZeneca waslet ġewwa pajjiżna lbieraħ filgħaxija. Il-Ministru tas-Saħħa u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne ħabbar l-aħbar fuq il-midja soċjali tard ilbieraħ filgħaxija.
Dan huwa t-tielet vaċċin li huwa disponibbli fil-Gżejjer Maltin bil-vaċċini Pfizer-BionNTech u Moderna li bħalissa qed jingħataw. Malta għandha 1,000,000 doża ta’ dan il-vaċċin ordnat u b’hekk issa l-ġlieda tagħna kontra dan il-virus żgur li ħa timxi ‘l quddiem.
S’issa ngħataw 37,586 doża tal-vaċċini disponibbli iżda nistennew li aktar jiżdiedu fil-jiem li ġejjin grazzi għal din il-konsenja.