L-Ewwel Xogħol Tad-Dar Ta’ Adam Isir Mument Speċjali U Ta’ Kburija Għal Ommu – I am Adam

Fuq il-paġna I Am Adam, ommu qasmet il-ferħ u l-emozzjonijiet tagħha hekk kif binha beda l-ewwel sena tal-iskola u ġie d-dar bl-ewwel xogħol tad-dar tiegħu.

Għalkemm għadu ma jafx jikteb, it-tifel qabad il-lapes u bl-għajnuna meħtieġa, għamel minn kollox biex jipprova u jirnexxi. Għalih, dak il-mument kien ħafna aktar minn sempliċi xogħol tad-dar, imma kien pass importanti f'ħajtu li ħa tgħinu biex 'il quddiem ikompli javvanza.

Ommu ammettiet, li din is-sena ġġibilha emozzjonijiet imħallta, hekk kif taf li binha jista’ jaffaċċja sfidi addizzjonali u xogħol adattat għall-bżonnijiet tiegħu. Mhux faċli tarah jitħabat meta tfal oħra jkunu qed isibu l-affarijiet aktar faċli.

Għaldaqstant, dak li rat f’dan l-ewwel xogħol tad-dar kien biżżejjed biex jimlilha qalbha bi kburija.

Fl-aħħar saħqet, li binha huwa ġellied, jaħdem bis-sħiħ u hi se tibqa’ maġenbu, tifraħ miegħu għal kull rebħa, kbira jew żgħira, kif ukoll tissaportjah f'kwalunkwe ħaġa li jagħmel.

Ritratti:

Facebook/I am ADAM

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI