Kultant ma jkunx hemm bżonn ħafna kliem biex inħallu impatt fuq il-ġurnata ta’ xi ħadd. Tbissima żgħira tista’ tkun biżżejjed biex iġġib ftit dawl f’mument diffiċli.
Illum, fit-2 ta’ Ottubru, jiġi ċċelebrat il-Jum Internazzjonali tat-Tbissima, jum li jfakkarna kemm ġest sempliċi jista’ jagħmel differenza.
Tbissima tista’ tkun sinjal ta’ ħbiberija, kuraġġ, mħabba jew sempliċement mod kif ngħidu lil persuna oħra: "Qiegħed hawn għalik.” Xi drabi, tbissima li tingħata mingħajr ma nafu, tista’ tbiddel kompletament il-ġurnata ta’ persuna.
F’dinja fejn kulħadd jista’ jkun għaddej minn problemi li ma jidhrux fuq wiċċu, ftit aktar ġentilezza qatt ma tagħmel ħsara. B'hekk, illum tista’ tkun l-okkażjoni perfetta biex tbissem lil xi ħadd li tiltaqa’ miegħu, tibgħat messaġġ sabiħ lil persuna għażiża jew sempliċement tagħti tbissima lilek innifsek quddiem il-mera.
Fil-fatt, tbissima waħda ma tbiddilx id-dinja kollha, iżda jaf tagħmel differenza u ddawwal il-ħajja ta’ persuna waħda.
