L-annimali wkoll ibatu mis-sħana qawwija tas-sajf, bħalna l-bnedmin. Il-paġna ‘It-Temp Madwarna’ tfakkar lis-segwaċi tagħha jħennu għal dawn l-annimali innoċenti billi joħorġulhom ftit ilma.
Fuq il-paġna kitbu, “L-għasafar ukoll iħossu s-sħana, u bħalissa kullimkien jinsab niexef u xott! Jekk għandek terrazzin jew gallerija, jew għandek bejt, poġġi kontenituri baxxi bl-ilma frisk għall-għasafar biex jixorbu. Jekk il-kontenitur hu fond, tista’ titfa’ xi ġebel sabiex l-għasafar ikunu jistgħu jserrħu fuqhom.”
L-għasafar ukoll jistħoqqilhom iċ-ċans li jgħixu sajf mingħajr tbatija, u għalhekk importanti niftakru xi ftit fihom. Grazzi lil din il-paġna talli qed tfakkarna f’dan il-ġest sabiħ.
Facebook / It-Temp Madwarna