L-Iżrael B’Rata Għolja Ta’ Tilqim – X’Miżuri Ser Jiġu Rilaxxati?

Bħalissa Iżrael għandhom l-għola rata ta’ tilqim fid-dinja, hekk kif mad-49 fil-mija tal-popolazzjoni digà tlaqqmu bl-ewwel doża tal-vaċċin.

Studju urew li l-vaċċin ta’ Pfizer għandu 95.8% ċans li jipprevjeni mewt u dħul fl-isptar relatati mal-Covid-19. B’hekk, fl-Iżrael ser ikunu qed jiġu rilaxxati ċertu miżuri wara li dan il-pajjiż kien daħal f’lockdown fis-27 ta’ Diċembru li għadda.

Mil-lum, ħwienet, libreriji, mużewijiet, u gyms fost oħrajn, ser ikunu qegħdin jiftħu mill-ġdid. 

Dawk in-nies li tlaqqmu bil-vaċċin ser ikun qed jinħarġilhom ċertifikat sabiex ikunu jistgħu jattendu avvenimenti bħall-kunċerti u sports, b’massimu ta’ 300 persuna fil-post.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI