Fuq il-mezzi soċjali tagħhom, The Malta Records kitbu, “The Malta Records ftit tal-ħin ilu ppreżentaw rekord nazzjonali ġdid, dirett waqt programm televiżiv. L-ikbar kejk b’emblema ta’ Kunsill Lokali, b’wisa’ ta’ 2.45 metri, fond ta’ 3.67 metri, għoli ta’ 10 ċentimetri u piż ta’ 836 kilogramma.”
Hu żżid, “Dan ir-rekord nazzjonali ġdid ġie mwaqqaf b’kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Lokali tal-Fgura, immexxi mis-Sindku Clayton Cascun Portelli u James Caterers. Ir-rekord sar waqt il-programm ‘Bonġu Malta’ li kien imxandar live mill-Fgura fuq l-istazzjon nazzjonali televiżiv TVM.”
Kont timmaġina kejk kbira daqshekk?