“L-Isbaħ Xewqat F’Għeluq Sninek” – Neville Refalo Lil Corazon Mizzi F’Għeluq Sninha

Illum, il-kantanta lokali Corazon Mizzi tiċċelebra jum għeluq sninha. Permezz ta’ messaġġ fuq il-paġna tiegħu, ir-raġel tagħha, kantant u attur Neville Refalo, awguralha f’din il-ġurnata speċjali.

Hu kitbilha, “Xi wħud huma xxurtjati li jsibu persuna li tħobbhom u li huma jħobbu lura. Oħrajn huma xxurtjati li jkollhom stilla f’ħajjithom. U hemm min iqatta’ ħajtu kollha jfittex il-persuna perfetta għalih. Jien għandi x-xorti li sibt it-tlieta f’persuna waħda. L-isbaħ xewqat f’għeluq sninek.”

Qalilha, “J’Alla nqattgħu it-365 jum li jmiss ma’ xulxin - nidħku, noħolqu aktar memorji maż-żgħar tagħna (insomma m’għadhomx daqshekk żgħar issa għax bilkemm sirt niflaħhom), u nkomplu nħobbu lil xulxin ftit aktar kuljum. Inħobbok. Dejjem.”

Nawgurawlha l-isbaħ xewqat!

Ritratti:

Facebook / Neville Refalo u Corazon Mizzi

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI