Bħalissa l-Gżejjer Maltin qed jiġu milquta minn riħ qawwi li qed ikun ben forza 6 u 7. Dan ir-riħ ġej mill-Majjistral. Minħabba f’hekk, is-servizzi tal-Gozo Highspeed ġew interrotti.
Fuq il-paġna tal-Facebook, huma taw dan l-aġġornament. “L-iskeda tal-lum hija sospiża minħabba kundizzjonijiet tal-baħar mhux favorevoli,” huma kitbu. “Jekk jogħġbok segwi l-midja soċjali tagħna għal aktar aġġornamenti.”
Facebook / Gozo Highspeed