L-Iskola Mill-Ġdid Obbligatorja Wara Li S-Sena Li Għaddiet Saret Eċċezzjoni Minħabba L-Pandemija

L-attendenza fl-iskejjel Maltin u Għawdxin mill-ġdid se ssir obbligatorja meta l-istudenti jirritornaw lura fil-klassi dan ix-xahar. Dan ifisser li se titreġġa’ lura d-deċiżjoni kontroversjali li ppermettiet li l-ġenituri jistgħu jżommu lit-tfal id-dar minħabba l-pandemija.

“Ladarba nirritornaw lura għan-normal bil-mod, dan l-obbligu (li nattendu l-iskola) jerġa’ jkun effettiv minn din is-sena skolastika ġdida,” qalet il-Ministeru tal-Edukazzjoni Justyne Caruana.

Is-sena li għaddiet, Frank Fabri, is-segretarju permanenti fil-ministeru, emenda l-politika dwar l-attendenza biex jevita li l-ġenituri u l-familji jiġu penalizzati. Jidher li l-attendenza fl-iskola niżlet minn 90% għal 75% f’xahar wieħed biss.

Nofs l-istudenti li ma attendewx għax kienu klassifikati bħala studenti vulnerabbli iżda n-nofs l-ieħor kienu assenti bla ebda raġuni, dan kien qalu l-Ministru tal-Edukazzjoni ta’ dak iż-żmien Owen Bonnici.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI