Bħal-leħħa ta’ berqa u wara xhur sħaħ ta’ preparamenti u stennija, waslet il-Finali ta’ Brillanti Dance 2026!
Brillanti Dance hu wieħed mill-akbar programmi taż-żfin imxandar fuq ONE u hu ppreżentat minn Joseph Chetcuti. Dal-programm jagħti pjattaforma liż-żeffiena żgħażagħ u professjonali biex juru t-talent tagħhom quddiem ġurija internazzjonali u udjenza nazzjonali. Din is-sena mijiet ta’ applikanti minn Malta, Għawdex u anke minn pajjiżi oħra applikaw għall-kompetizzjoni.
Il-finali se ssir ġewwa t-Teatru Manoel u r-rebbieħ ta’ din il-kompetizzjoni jingħata premju ta’ €30,000 biex jgħinu jkompli jiżviluppa l-karriera tiegħu fiż-żfin.
Min minn Giada, Cheryl, Francesco, Julia, Sienna u Victoria ser jirbaħ it-titlu tant mixtieq bħala r-rebbieħ jew rebbieħa ta’ Brillanti Dance?

U x’se tkun il-Wild Card li l-ġurija tagħna kompsta minn Brenda Lee, Emanuel, Sol u Attila jistgħu jużaw waqt din il-Finali?

Stennew minn kollox – sorpriżi mhux mistennija u emozzjonijiet fuq il-palk u minn wara l-kwinti li ser iħallukom imwaħħlin mat-televiżjoni tagħkom!
Illejla fit-20:00 jkun hemm ir-‘Red Carpet’ u wara f’20:35 jibda l-FINALI ta’ din l-edizzjoni ta’ Brillanti Dance.