L-Isnooker Malti Brian Cini Bl-Ogħla Break Possibbli Ta’ 147 Punt Waqt Il-Kampjonat Premier Lokali

Brian Cini għamel suċċess fl-istorja tal-isnooker Malti wara li rnexxielu jwettaq break perfett ta' 147 punt waqt il-kampjonat Premier lokali.

Permezz ta' din il-kisba, Cini sar l-ewwel plejer Malti li rnexxielu jagħmel break Massimu ta' 147 punt f'kompetizzjoni lokali. Bla dubju dan huwa meqjus bħala tragward kemm għalih kif ukoll għall-isport f'Malta.


Il-break ta' 147 punt huwa l-ogħla wieħed possibbli f'ċirkostanzi normali tal-isnooker. Biex jintlaħaq, plejer irid idaħħal il-15-il boċċa ħamra, kull waħda segwita minn boċċa sewda u mbagħad is-sitt boċċi kkuluriti fl-ordni stabbilita. Dan jirrikjedi preċiżjoni kbira, kontroll tal-boċċa bajda u konċentrazzjoni kontinwa.

Is-suċċess tiegħu huwa għalhekk aktar minn rekord personali! Huwa wkoll ta' suċċess kbir għalina l-Maltin!

Ritratt:

Facebook/ Il-Kamra Sportiva

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI