Lennon John, li ilu dawn l-aħħar ftit ġimgħat l-isptar, minħabba li qabditu infezzjoni qawwija, ħabbar li fl-aħħar ħareġ mill-isptar, għalkemm għad baqagħlu jirkupra.
Fuq il-paġna uffiċjali tiegħu spjega, “Ħriġt mill-isptar u sejjer id-dar biex inkompli nirkupra għal sitt ġimgħat. Grazzi lill-istaff mediku, in-nurses, terapisti, u carers tal-għajnuna kontinwa tagħhom, filgħodu u filgħaxija. Grazzi lil kulħadd tal-messaġġi, sapport, u talb. Ħassejt kull waħda minnhom, u ninsab verament grat. Ibqgħu itolbu għalija ħalli nkompli nirkupra.”
Ninsabu ferħanin li qed jagħmel pass ‘il quddiem u jista’ jkompli jirkupra fil-kumdita` ta’ daru. Inkomplu nitolbu għalih ħalli kollox jgħaddilu b’wiċċ il-ġid. Kuraġġ Lennon! Aħna kburin ħafna bik!
Facebook / Lennon John – Fighting Zellweger Spectrum Disorder