“Jitlestew Ix-Xogħlijiet Ta’ Riabilitazzjoni Fil-Wied Ta’ Mġarr Ix-Xini” – Dipartiment Tal-Informazzjoni

Id-Dipartiment tal-Informazzjoni ħabbar li tlesta proġett bil-għan li jittejjeb l-immaniġġjar tal-ilma tax xita.

Spjegaw, “Jitlestew ix-xogħlijiet ta’ riabilitazzjoni fil-Wied ta’ Mġarr ix-Xini biex jittejjeb l-immaniġġjar tal-ilma tax-xita u jitħares l-ambjent naturali. L-intervent kopra medda ta’ madwar kilometru, minn Triq tal-Gruwa sad-diega eżistenti, u kellu l-għan li jtejjeb il-kapaċità tal-wied li jimmaniġġja l-ilma tax-xita, filwaqt li jikkontribwixxi għat-tnaqqis tar-riskju ta’ għargħar u għall-konservazzjoni tal-bijodiversità.”

Żiedu jgħidu, “Ix-xogħlijiet inkludew it-tneħħija tal-veġetazzjoni minn żona ta’ madwar 11,700 metru kwadru, kif ukoll it-tneħħija ta’ madwar 24,500 metru kubu ta’ sediment u materjal akkumulat fil-wied. Din il-ħidma għenet biex jerġgħu jinfetħu partijiet mill-wied li kienu mtlew maż-żmien u titjieb il-kapaċità tiegħu li jilqa’ u jmexxi l-ilma tax-xita.”

Ritratt:

Facebook / Id-Dipartiment tal-Informazzjoni

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI