L-Ispin-Off Amerikana Li Kellha Ssir Tas-Sensiela Squid Game Ġiet Ikkanċellata, Skont Xi Rapporti Barranin

Xi rapporti internazzjonali qed isemmu li wara deċiżjoni meħuda mill-pjattaforma ta' Netflix, l-ispin-off Amerikana li kellha ssir tas-sensiela tant popolari Squid Game ġiet ikkanċellata u għalhekk mhijiex se tkun qiegħda ssir.

Ir-rapporti semmew kif il-pjattaforma bidlet il-pjani tagħha u minflok tipproduċi verżjoni Amerikana li tattira l-attenzjoni ta' kulħadd, se tkun qiegħda tiffoka li tipproduċi verżjonijiet separati ta' Squid Game għal kull pajjiż. Fil-fatt, jaf possibbilment naraw verżjoni Franċiża ta' Squid Game.

Wara li f'Ġunju tas-sena l-oħra wasal fi tmiemu t-tielet u l-aħħar staġun ta' Squid Game, bosta tħallew ħerqana għall-verżjoni Amerikana ta' din is-sensiela hekk kif l-aħħar episodju nnifsu ta x'jifhem li l-istorja jaf tkompli b'dan il-mod.

Sors: Hindustan Times

Ritratti:

Facebook / Squid Game

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI