Fuq il-midja soċjali, il-Viċi Sindku tal-Ħamrun Aymen Grech Pace esprima l-gratitudni tiegħu lejn dawk kollha li bagħtu jawgurawlu rkupru ta' malajr wara li matul dawn l-aħħar jiem hu għamel operazzjoni maġġuri kożmetika.
Filwaqt li fisser l-apprezzament tiegħu għal dawn il-messaġġi, il-Viċi Sindku esprima sens kbir ta' gratitudni lejn il-familjari tiegħu u b'mod partikolari lejn ommu li bħalissa qiegħda tieħu ħsiebu.
"L-appoġġ tagħkom fisser ħafna għalija," temm jikteb Aymen.
Nawgurawlu rkupru ta' malajr!
Facebook / Aymen Grech Pace u Pexels