Id-direttriċi ta’ ROCS Group Rachel Vella bħal bosta nies illum kienet qed tiċċelebra Jum il-Missier. Naturalment, ma naqsitx milli tiktiblu messaġġ sabiħ f’din il-ġurnata tant għażiża.
“Papà, dan huwa dak li għext minnu ħajtek kollha, ħabbejtna kollha mingħajr ebda limitu. Int dejjem poġġejt lilek innifsek fit-tieni post, it-tielet, ir-raba’ u f tiżgura li aħna kollha dejjem kuntenti,” bdiet Rachel.
“Int bla dubju superhero uniku, l-ispirazzjoni tiegħi u l-mudell assolut tiegħi fejn tidħol l-integrità. Ir-raġel b’qalb tad-deheb. Dan huwa missieri l-għażiż. Charles Alexander Vella inħobbok.”
Rachel spiċċat il-messaġġ tagħha billi kitbet: “Grazzi talli ddedikajt ħajtek kompleta għall-benesseri tagħna.”
Facebook/Rachel Vella