Il-kantawtriċi lokali Ira Losco kemm-il darba taqsam ritratti flimkien mal-familja waqt xi vaganza barra minn xtutna. Hi ħarġet riflessjoni minn safra riċenti li kellha mal-familja, u ssemmi kemm it-tfal japprezzaw dawn it-tip ta’ esperjenzi.
“L-ivvjaġġar huwa essenzjali għat-tfal!… Billi jesploraw postijiet ġodda, it-tfal jistgħu jiskopru kulturi u stili ġodda ta’ ħajja, jibnu l-kunfidenza u l-indipendenza, joħolqu memorji u stejjer tul il-ħajja,” tikteb Ira.
Tħoss li meta jsiefru u jesperjenzaw kulturi u ambjenti differenti, qegħdin ikabbru anke l-edukazzjoni tagħhom b’mod pjaċevoli.
Fir-ritratti nistgħu naraw diversi mumenti ħelwin li qattgħu flimkien waqt din il-vaganza.