“L-Iżgħar Persuna Fil-Gżejjer Maltin Li Kisbet Distinction Fl-Eżami Tal-Prattika Fuq Ir-Recorder Fl-Ewwel Grad Mil-London College Of Music Examinations Board.” – The Malta Records

Cristina Malta Records

Rekord nazzjonali ġdid ġie rreġistrat fil-gżejjer Maltin hekk kif iċ-ċkejkna Cristina D’Amato kisbet suċċess straordinarju fil-qasam tal-mużika.

The Malta Records ħabbret, “L-iżgħar persuna fil-gżejjer Maltin li kisbet Distinction fl-eżami tal-prattika fuq ir-Recorder fl-ewwel Grad mil-London College of Music Examinations Board.”

Ir-rekord ġie uffiċjalment stabbilit fis-27 ta’ April 2026, meta Cristina kellha biss 10 snin u 287 jum. The Malta Records irringrazzjat ukoll lill-għalliema tal-mużika Ms Jane Pace minn The Senior Music Academy, li ilha tmexxi u tħarreġ lil Cristina sa minn età żgħira fil-qasam mużikali.

Fil-messaġġ tagħha, The Malta Records awgurat lil Cristina sabiex tkompli tiżviluppa t-talent tagħha, tavvanza fil-karriera mużikali tagħha u tkompli tirrappreżenta lil Malta barra minn xtutna, kif diġà għamlet b’suċċess fl-aħħar snin.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI