L-Oroskopju Għal San Valentinu Miġjub Lilkom Mill-Astroloġista PaulJon – X’Hemm Mistenni Għalikom Fil-Jum Tal-Maħbubin?

F’din l-edizzjoni speċjali ta’ San Valentinu, l-astroloġista spiritwalista u awtur PaulJon jaqsam magħna ħarsa lejn l-oroskopju speċjali mqassam skont kull żodjaku. X’għandu lest għalik dan il-perjodu romantiku u liema sinjal jista’ jkun is-sors ta’ ispirazzjoni tiegħek? Skopri t-tbassir ta’ PaulJon għal San Valentinu.

Aries mill-21 ta’ Marzu sad-19 ta’ April
Għalik dan San Valentinu se jkun mument ta’ għarfien dwar dak li esperjenzajt fil-passat. Issa wasal iż-żmien li tħares lejn dak li l-imħabba qed toffrilek illum u lejn dak li tassew tixtieq. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Virgo. Namaste.

Taurus mill-20 ta’ April sal-20 ta’ Mejju
Dan il-perjodu jġiegħlek tirrifletti aktar fil-fond dwar x’veru tixtieq. Se jkun żmien li jħejjik biex tilqa’ dak li hemm riesaq lejk b’aktar ċertezza. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Leo. Namaste.

Gemini mill-21 ta’ Mejju sal-20 ta’ Ġunju
San Valentinu jġib miegħu tkattir fir-relazzjoni li qed tesperjenza bħalissa. Madankollu trid iżżomm bilanċ bejn il-karriera u l-imħabba biex tevita konsegwenzi mhux mixtieqa. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Sagittarius. Namaste.

Cancer mill-21 ta’ Ġunju sat-22 ta’ Lulju
Dan huwa żmien li jġiegħlek tkun aktar iffokat fuq l-imħabba li qed tgħix. Kun aktar attent u ippreparat biex turi s-sentimenti tiegħek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Virgo. Namaste.

Leo mit-23 ta’ Lulju sat-22 ta’ Awwissu
Se tħoss ix-xewqa li tkattar aktar l-imħabba li qed tispirak. Dan hu l-mument biex tħejji ruħek għal bidliet pożittivi. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Taurus. Namaste.

Virgo mit-23 ta’ Awwissu sat-22 ta’ Settembru
Dan il-perjodu jgħinek tiddeċiedi b’aktar għaqal dwar passi ġodda fl-imħabba. Evita deċiżjonijiet mgħaġġla. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Scorpio. Namaste.



Libra mit-23 ta’ Settembru sat-22 ta’ Ottubru
Wasal iż-żmien li tagħraf x’int kapaċi toffri fl-imħabba. Se tiftaħ kapitlu ġdid, għalhekk ibqa’ iffokat u ċar fid-deċiżjonijiet tiegħek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Capricorn. Namaste.



Scorpio mit-23 ta’ Ottubru sal-21 ta’ Novembru
Dan il-mument jitlob li tiddeċiedi x’veru trid fl-imħabba. Aħtaf l-opportunità biex tasal għal konklużjoni li tagħtik paċi interna. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Aries. Namaste.

Sagittarius mit-22 ta’ Novembru sal-21 ta’ Diċembru
Se tifhem aħjar id-direzzjoni li l-imħabba tiegħek għandha tieħu. Huwa żmien opportun biex tieħu l-aħjar deċiżjoni għall-futur tiegħek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Gemini. Namaste.

Capricorn mit-22 ta’ Diċembru sad-19 ta’ Jannar
Dan huwa perjodu ta’ riflessjoni. Anke jekk ikun hemm tibdil, ħares ’il quddiem u mhux lura. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Pisces. Namaste.

Aquarius mill-20 ta’ Jannar sat-18 ta’ Frar
Dan San Valentinu jġiegħlek tirrevedi deċiżjonijiet tal-passat fl-imħabba. Uża aktar ir-raġuni milli l-emozzjoni. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Taurus. Namaste.

Pisces mid-19 ta’ Frar sal-20 ta’ Marzu
Dan ikun mument ta’ ħsieb profond dwar il-pożizzjoni tiegħek fl-imħabba. Jekk tirnexxilek tifhem dan, tkun kapaċi tgħaqqad dak li tixtieq mal-verità tiegħek. Iż-żodjaku ta’ ispirazzjoni għalik huwa Aquarius. Namaste.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI