"L-Unika Ħaġa Li Tikkalmah U Taħdem Hi Jekk Infehmu Għalfejn Ma Jistax Jagħmel Dak Li Qiegħed Jagħmel." – Danita

Fuq il-profil ta’ Instagram Danita qassmet ritratt ħelu ma’ binha Lenny, flimkien ma’ ħsieb dwar il-ħajja ta’ ġenitur tagħha. Danita titkellem dwar il-metodu li tuża biex tikkoreġieh meta jonqos f’xi ħaġa. “Il-LE ma taħdimx… Bl-ghajjat aktar jagħmel… L-unika ħaġa li tikalmah u taħdem hi jekk nfehmu għalfejn ma jistax jagħmel dak li qiegħed jagħmel.”

Danita tgħid li tippreferi tkellmu u turih x’hemm ħażin milli semplċiment twaqqfu milli jagħmel xi ħaġa. Hi tgħid dan mill-esperjenza tagħha, iżda ċertament li hawn min kapaċi jsib dan il-metodu tajjeb ukoll ma’ uliedu. “Ninżel għal livell tiegħu u nkellmu bil kelma t-tajba! S’issa! Għax jista jkun li għada qas din ma tibqa taħdem”

Int x’taħseb dwar dan? Li tfiehem lil uliedek kapaċi taħdem aktar biex jobdu?







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI