"L-Unika Malti Hawn Ġewwa L-Asja.. Però Qegħdin Kollha Miegħi. Kull Messaġġ Tagħkom Jimlini Iktar Bil-Kuraġġ." – Franklin

Ftit jiem ilu beda l-vjaġġ tal-kantant lokali Franklin Calleja lejn il-Kirġistan, fejn se jirrappreżenta lil Malta fil-festival prestiġjuż International Meikin Asia Festival.

Franklin wera l-apprezzament kbir tiegħu lejn l-appoġġ li qed juru l-Maltin u l-Għawdxin permezz ta’ messaġġi u awgurju.

“Emozzjonat immens bil-messaġġi kollha tagħkom. L-unika Malti hawn gewwa l-Asia.. però qegħdin kollha miegħi. Kull messaġġ tagħkom jimlini iktar bil-kuraġġ. Żommuni f’talbkom.”

F’isem it-tim ta’ Gwida, nawguraw lil Franklin kull suċċess f’din l-avventura lil hinn minn xtutna. Ninsabu ċerti li se jkun qed jikseb suċċess f’isem Malta u ħa jagħmilna tassew kburin!





Facebook/ Franklin Calleja



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI