Bil-Filmat: Gillian Attard Għenet Koppja Maltija Biex Ikantaw Waqt It-Tieġ Tagħhom – Ħolma Li Saritilhom Realtà

Gillian Attard

Il-kantanta lokali Gillian Attard qasmet riflessjoni emozzjonali dwar ix-xogħol tagħha bħala kowċ tal-kant, fejn enfasizzat kemm iġġib sodisfazzjon kbir il-ħidma ma’ kantanti professjonali u l-opportunità li tarahom dejjem jikbru u jifjorixxu.

Hi spjegat kemm li tara lill-istudenti tagħha jiksbu suċċess jagħmilha kuntenta kuljum, u timlilha qalbha b’ferħ u sodisfazzjon personali. Madankollu, Gillian kellha esperjenza mill-isbaħ fejn gwidat koppja biex ikantaw għat-tieġ tagħhom.

“Imma li tkun parti mill-vjaġġ ta’ koppja, li tgħinhom iwettqu l-ħolma tagħhom u jkantaw f’jum it-tieġ tagħhom… dik is-sensazzjoni hija fuq livell ieħor kompletament. Elaine u żewġha għandhom post speċjali ħafna f’qalbi.

Xi ġmiel ta’ mument u x’emozzjonijiet!







Ritratti:

Facebook/ Gillian Attard

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI