"L-Unika Xewqa Tiegħi Għalik Hija Li L-Ħolm Kollu Tiegħek Isir Realtà" – Omm Michela F'Għeluq Sninha

L-ewwel rebbieħa ta’ X Factor Malta, Michela Pace, illum tiċċelebra għeluq sninha. Il-kantanta lokali li rrappreżentat lil Malta b’suċċess fl-2019 bil-kanzunetta Chameleon tagħlaq 20 sena.





Ritratt: Facebook / Maureen Pace

Omm Michela, Maureen ħallietilha messaġġ mill-isbaħ f’dan il-jum għażiż! Hi kitbitilha, “U llum m’għadekx żagħżugħa, illum tibda l-età adulta kif poġġejtha int. Michela m’hemmx għalfejn ngħidlek kemm aħna kburin bik peress li diġà taf. L-unika xewqa tiegħi għalik hija li l-ħolm kollu tiegħek isir realtà. Int eżempju veru li l-ħolm jiġi reali peress li bħalissa qed tgħix uħud mill-ħolmiet tiegħek. Ħdimt ħafna biex tikseb dak li wettaqt f’età daqshekk żgħira u m’għandi l-ebda dubju li int se tibqa’ tagħti kollox.”

Ommha temmet il-messaġġ tagħha billi awguratilha f’isem il-familja kollha! Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt ningħaqdu mal-awguri ta’ ommha u nixtiequlha kull suċċess fis-snin li ġejjin. Ċerti li bħal ma saħħret lill-Maltin u lill-Għawdxin fl-ewwel staġun ta’ X Factor Malta, ħa tkompli ssaħħar l-udjenzi tagħha! Awguri Michela!

Facebook / Gordon Bonello



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI