Il-preżentatriċi lokali sportiva Joanna Camilleri għadha kemm lestiet minn ġirja ta’ 18-il kilometru, sewwa sew mill-Imdina sa Spinola.
Joanna tikteb, “La darba atleta, dejjem atleta. Tkun kemm tkun impenjattiva ħajti! Kienet divertenti ħafna. Ġrejt Aktar minn 18-il kilometru fix-xita. Imiss HYROX jumejn oħra. Mill-Imdina għal Spinola. Il-Milied it-tajjeb lil kulħadd.”
Prosit kbira lil Joanna u lil dawk kollha li kienu parti minn din l-attività!