Christopher, magħruf ma’ bosta bħala Il-Kaboċċ, qasam aġġornament mas-segwaċi tiegħu dwar il-vjaġġ personali tiegħu biex inaqqas il-piż. F’post fuq il-midja soċjali, Christopher żvela li bħalissa niżel għal 139.7 kilogramma u jinsab determinat li jkompli jaħdem biex jilħaq l-għanijiet tiegħu.
“U l-ġlieda tiegħi kontra l-ħxuna għadha se tkompli. Minn issa 139.7kg. La tlaqna, tlaqna,” kiteb b’ton pożittiv. Christopher ma nesiex jirringrazzja wkoll lil dawk li qed isegwu l-vjaġġ tiegħu u jagħmlulu kuraġġ: “Grazzi lil kull min jagħmilli kuraġġ.”
Prosit Christopher tad-determinazzjoni u nawgurawlek aktar progress fil-vjaġġ tiegħek!
Facebook / Christopher Il-Kabocc