“Lest Tieħu Injezzjoni B’Xejn Biex Tonqos Mill-Piż?” – Il-Mistoqsija Ta’ AWLA Tqajjem Reazzjonijiet Differenti

Il-programm AWLA kmieni llum qajjem diskussjoni wiesgħa fuq il-mezzi soċjali wara li staqsa mistoqsija diretta lill-pubbliku, “Lest tieħu injezzjoni b’xejn biex tnaqqas il-piż żejjed?” Mistoqsija li wasslet għal diversi kummenti u opinjonijiet differenti minn persuni li esperjenzaw jew ħasbu dwar din l-għażla.

Fost dawk li kkummentaw, kien hemm min qal li l-injezzjoni ħadmet fuqu u li rnexxielu jara bidla pożittiva fil-piż tiegħu, u għalhekk jaraha bħala għodda ta’ għajnuna għal min isibha diffiċli jonqos. Dawn saħqu li, taħt superviżjoni medika, tali metodu jista’ jkun ta’ benefiċċju għal ċerti persuni.



Min-naħa l-oħra, diversi oħrajn sostnew li t-tnaqqis fil-piż għandu jsir b’mod naturali biss, billi wieħed jadotta dieta sana u bilanċjata flimkien ma’ eżerċizzju regolari. Skont dawn il-kummentaturi, bidla fl-istil ta’ ħajja hija aktar sostenibbli fit-tul u tgħin mhux biss fil-piż iżda wkoll fis-saħħa ġenerali.



Kien hemm ukoll persuni li qasmu esperjenzi differenti, fejn minkejja li għamlu użu minn din l-injezzjoni, ma kisbux ir-riżultat mixtieq u spiċċaw għażlu li jagħmlu operazzjoni biex iċekknu l-istonku bħala soluzzjoni alternattiva. Dawn enfasizzaw li kull persuna tirreaġixxi b’mod differenti u li mhux dejjem soluzzjoni waħda taħdem għal kulħadd.

Id-diskussjoni li nħolqot turi kemm is-suġġett tat-tnaqqis fil-piż huwa kumpless u sensittiv, b’diversi għażliet u opinjonijiet validi. Fl-aħħar mill-aħħar, ħafna qablu li kull min qed jikkunsidra dawn l-għażliet għandu jagħmel dan b’informazzjoni sħiħa u, idealment, b’parir professjonali.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI