Il-paġna tat-temp ‘Malta Weather’ tawna l-aġġornament tat-temp għal għada l-Ħadd 12 ta’ Settembru 2021.
‘Malta Weather’ bassru li t-temp għal għada “mistenni jkun varju b’xi ħalbiet iżolati tax-xita kultant u b’riħ mill-Grieg it-Tramuntana Forza 4 li jonqos għal Forza 2 u jdur lejn il-Majjistral.”
L-inqas temperatura għal għadha għandha tinżel għal 23°C waqt li l-ogħla temperatura għandha titla’ għal 28°C.
Intom lesti għal aktar xita?