Dr Yasmin Debrincat Hamilton qasmet riflessjoni mill-qalb dwar missierha Norman, hekk kif permezz ta’ intervista fuq Ftit Xemx Kuljum, reġgħet tat ħajja lil memorji tiegħu u lill-bniedem li kien tassew.
Yasmin spjegat, kemm kien ta’ unur għaliha li taqsam mal-pubbliku ftit biċċiet mill-veru Norman, mill-karattru tiegħu u minn dak kollu li għamlu persuna tant speċjali f’ħajjitha. Għal ftit mumenti, waqt l-intervista, ħasset li kienet qed iġġibu lura fosthom – sensazzjoni li għaliha tfisser kollox.
Fost l-aktar kliem li baqa’ mnaqqax f’qalbha hemm dak li qal qabel miet: “Let the show begin.”
Għal Yasmin, dan il-kliem kellu tifsira ferm aktar profonda. Hi tħoss li missierha ma riedx li jibqgħu jibkuh, iżda li minflok jiċċelebraw il-ħajja tiegħu, il-persuna li kien u l-memorji sbieħ li ħalla warajh.
Facebook/Dr.Yasmin Debrincat Hamilton