Kliem missier lejn iben jista’ jkun fost l-isbaħ rigali, speċjalment meta jirrakkonta vjaġġ mibni fuq passjoni, dedikazzjoni u ħafna sagrifiċċji.
Mattia Muscat irċieva messaġġ mill-qalb mingħand missieru wara li kiseb l-unur ta’ Bandist tas-Sena. Missieru qal, li ma jieħux pjaċir biss jarah jirnexxi, iżda li jieħu gost jgħix miegħu kull pass ta’ dan il-vjaġġ.
Fakkru fis-sagrifiċċji kollha li għamel għall-imħabba tiegħu lejn il-mużika u f’kemm hu kburi li llum qed jara l-frott ta’ snin ta’ xogħol u dedikazzjoni. F’kliemu rringrazzja wkoll lis-Surmast Lino Pirotta u lis-Surmast Joseph Chircop, li emmnu f'Mattia sa minn età żgħira u komplew jinkoraġġuh biex jimxi ’l quddiem.
Il-missier temm b’messaġġ qawwi: dan l-unur mhuwiex it-tmiem, iżda biss il-bidu. U fuq kollox, għamel wegħda lil ibnu, li dejjem se jkun hemm biex jimxi miegħu, jappoġġjah u jfakkru kemm kapaċi jagħmel affarijiet kbar.
Facebook/Andrè Muscat