Maronia Gray qasmet messaġġ mill-isbaħ lil oħtha fl-okkażjoni speċjali ta’ għeluq il-50 sena tagħha, fejn irringrazzjatha għal dak kollu li tagħmel għall-familja u fakkritilha kemm hi grata li għandha lilha f’ħajjitha. “Awguri f’għeluq il-50 sena, oħti għażiża. Nittama li jkollok ġurnata speċjali għax tassew jistħoqqlok. Grazzi ta’ dak kollu li tagħmel għalina. Għandi xorti kbira li għandi lilek f’ħajti,” kitbet Maronia.
Hi kompliet billi assigurat lil oħtha li dejjem se ssibha maġenbha, ikun xi jkun dak li jġib miegħu l-futur. “Iktar ma nikbru, iktar insiru b’saħħitna u niffaċċjaw kollox flimkien. Ftakar dejjem li jiġri x’jiġri, oħtok iż-żgħira dejjem se tkun hawn għalik. Inħobbok, oħti.”
Messaġġ sempliċi iżda mimli mħabba li jiċċelebra r-rabta speċjali bejn iż-żewġ aħwa. Minn Gwida.mt, ningħaqdu mal-awguri u nawgurawlha għeluq il-50 sena mill-isbaħ!
Facebook / Maronia Gray