“Li Ma Kienx Għal Puttinu Kieku Llum M’Inix Hawn… Għenuni Negħleb Il-Kanċer!” – Iċ-Ċkejkna Quinn

Iċ-ċkejkna Quinn tisħaq li huwa biss bis-saħħa ta' Puttinu li llum tinsab hawn għaliex kienu huma li għenuha tiġġieled u tegħleb il-kanċer.

"Minkejja li Puttinu mhumiex jgħinu lilek direttament, madankollu qed isalvaw il-ħajja ta' ħaddieħor tant li bħalissa stess jaf hemm xi ħadd li għandu bżonn l-għajnuna tagħhom," saħqet iċ-ċkejkna fejn appellat lil kulħadd sabiex jagħti l-kontribut tiegħu.

Missier Quinn spjega kif wara li bintu rnexxielha tegħleb il-kanċer ħass li issa kien imiss lilhom li jgħinu lil Puttinu u kien għalhekk li bdew jorganizzaw fiera li ġġib l-isem Mother, Baby & Child Fair sabiex permezz tagħha jinġabru fondi għal dan il-għan.

Prosit tassew!

Ritratti: Facebook / Puttinu Cares

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI