Ramires Sciberras huwa kantant ċkejken li verament m’għandu bżonn tal-ebda introduzzjoni! Irrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision is-sena li għaddiet, fejn irnexxielu jikseb il-ħames post b’kanzunetta Maltija mill-isbaħ.
Ninsabu proprju f’jum il-Milied – kif beħsiebek tqatta dan il-jum u x’tifsira għandu l-Milied għalik?
Jiena fil-Milied ta’ kull sena nagħmlu ikla u l-familjari tiegħi jiġu għandi d-dar. Qabel nibdew l-ikla kulħadd joqgħod fis-salott u nagħtu r-rigali lil xulxin.
X’ħassejt kif kont fuq il-palk tal-Junior Eurovision u x’inhi l-isbaħ esperjenza marbuta ma’ dan il-vjaġġ?
Ħassejt ferħ kbir li qed nirrappreżenta lil Malta u li qtajt waħda mill-ħolmiet li kelli, u naf fiċ-ċert li ħa nibqa’ nġorra miegħi għal għomri kollu. Kelli tim b’saħħtu ħafna wara dan il-vjaġġ li għamlu minn kollox biex il-ħolma tiegħi tkun perfetta u fil-fatt hekk kienet. L-esperjenza marbuta mal-Junior hija li ltqajt ma’ ħafna kantanti u li kantajt bil-lingwa sabiħa tagħna.
Tixtieq li xi darba tieħu sehem fil-Eurovision Song Contest?
Li nieħu sehem fil-Eurovision Song Contest Hija ħolma oħra li għandi li ħa nagħmel minn kollox u naħdem kemm niflaħ biex issir reali.
Xi jmiss għal Ramires, u għandek xi pjanijiet mabrutin mal-karriera tiegħek li għandna nistennew mingħandek dalwaqt?
Bħalissa l-iktar ħaġa importanti hija li qiegħed naħdem fuq il-vuċi tiegħi billi għaddej mill-voice change, imma diga qed nitkellem ħafna mal-manager tiegħi Erika Said fuq prodott ġdid.
Facebook/Ramires Sciberras