“Li Nkun Ommok Hi L-Isbaħ Rigal Li Alla Qatt Seta’ Tani” – Omm Faith B’Messaġġ Ta’ Mħabba

L-imħabba tal-omm hi mħabba mingħajr kundizzjoni. Fuq il-paġna Up and Up with Faith, omm Faith kitbet messaġġ lil bintha biex tispjegalha kemm tfisser għaliha u kemm hi kburija biha.

Qaltilha, “Għażiża Faith, meta twelidt, jien wegħdt lili nnifsi li qatt mhu se nixtieq inbiddlek għal xejn iżjed fid-dinja imma se nipprova nagħmel mill-aħjar li nista’ biex inbiddel id-dinja għalik. Imma ngħidlek din, inti qed tbiddel id-dinja waħdek! B’dik it-tbissima sabiħa tiegħek u r-ruħ pura, u l-qalb sabiħa tiegħek. Li nafek hi xi ħaġa wisq sabiħa u li nkun ommok hi l-isbaħ rigal li Alla qatt seta’ tani.”

Id-determinazzjoni u qalb sabiħa ta’ Faith bla dubju fetħulha t-triq biex tbiddel id-dinja, u ma nistgħux ukoll ninsew l-imħabba ta’ ommha li rnexxielha tifhimha u tipprovdiha b’dak li għandha bżonn biex tkompli ssir l-aħjar verżjoni tagħha nnifisha.

Ritratti:

Facebook / Up & Up with Faith

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR

PARTNERS UFFIĊJALI