“Lil Miriana Nafha Żgħira U Llum Li Qiegħda Tgħix Din L-Esperjenza Daqstant Sabiħa Fil-Karriera Tagħha” – Il-Ministru Roderick Galdes

Il-Ministru għall-Akkomodazzjoni Soċjali u Affordabbli Roderick Galdes fuq il-mezzi soċjali tiegħu qasam ritratt mal-kantanta li se tkun qed tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li jmiss.

Hi kiteb, “Kien ta’ pjaċir għalija li niltaqa’ ma’ Miriana Conte li se tkun qiegħda tippreżenta lil pajjiżna fil-Eurovision Song Contest. Lil Miriana nafha żgħira u llum li qiegħda tgħix din l-esperjenza daqstant sabiħa fil-karriera tagħha xtaqt personalment nawguralha l-isbaħ xewqat. Insellem ukoll lil kontinġent Malti li naf kemm qiegħed jaħdem bla waqfien. Awguri!”





F’isem it-tim ta’ Gwida, mill-ġdid nawgurawlha għal din l-esperjenza bil-kanzunetta Serving! Kanzunetta li llejla se naraw il-verżjoni finali tagħha, il-verżjoni li se tkun qed tinterpreta fis-semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Awguri Miriana! Awguri Malta!

Facebook / Roderick Galdes



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI