Permezz ta’ messaġġ mill-qalb, Josette Busuttil awgurat lill-għażiż missierha f’Jum il-Missier, u spjegat kemm tħoss in-nuqqas tiegħu.
Hi kitbitlu, “Lil Missieri Duminku, l-irwol ta’ missier ma jitkejjilx bil-kliem… imma b’dak li jħalli fil-qalb. Daddy, int kont u tibqa’ l-ewwel raġel f’ħajti, l-ewwel imħabba li bint taf, il-persuna li għallmitni x’inhuma l-valuri, ir-rispett u s-saħħa anke meta l-ħajja tkun tqila. Kont ix-xempju tiegħi u għadek sal-lum.”
Żiedet tgħidlu, “F’dan il-Jum tal-Missier, ma nistax niġi nħaddnek fiżikament, ma nistax ngħidlek “grazzi” wiċċ imb’ wiċċ… imma hemm post li qatt ma tlaqt minnu, qalbi. Kull minuta, kull ħsieb, hemm parti minni li tibqa’ tfittex lilek. Grazzi Daddy tal-imħabba li ħallejt fija, tal-pariri, tas-sagrifiċċji u tal-valuri li sal-lum inġorrhom miegħi. Inħobbok aktar milli jista’ jgħid il-kliem. Sakemm nieħu nifs, tibqa’ missieri. Żomm idejk fuqna minn fejn qiegħed u ibqa’ mexxina bid-dawl tiegħek. Inħobbok sal-mewt u lil hinn minnha”
Facebook / Josette Busuttil