Illejla l-plejers Ingliżi għandhom quddiemhom logħba ferm iebsa, mhux biss għaliex se jaffaċjaw lit-tim nazzjonali Messikan, iżda wkoll għaliex il-partita se tintlagħab fi stadium li jinsab f'ogħli ta' iżjed minn 7,000 pied.
B'differenza mill-plejers Messikani, it-tim Ingliż mhuwiex imdorri jilgħab f'dan l-għoli. Għalhekk, kien hemm tħassib li dan seta' jikkawżalhom, fost affarijiet oħra, nuqqas ta' ossiġnu u għejja, li bla dubju kien se jqiegħdhom fi żvantaġġ.
F'dan l-isfond, it-tim nazzjonali Ingliż talab permess speċjali sabiex il-plejers jitħallew jieħdu l-viagra qabel il-partita. Dan għaliex il-viagra tgħin sabiex tissaħħaħ iċ-ċirkulazzjoni tad-demm, u konsegwentament, il-ġisem ikun jista' juża l-ossiġnu b'mod aktar effiċjenti.
Facebook / FIFA World Cup u Pexels