Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħha, Amanda Camilleri qasmet mas-segwaċi tagħha kitba b’informazzjoni rigward fondazzjoni għal qalbha u kif aħna lkoll nistgħu ngħinu
Qalet, “Il-Fondazzjoni Smiling With Jerome - Jerome, kien persuna li diffiċli tiddiskrivieh għaliex kieku jkolli niddiskrivieh kompletament irrid nikteb komponiment kbir! Fi ftit kliem, Jerome kien ġuvni li diffiċli issib ieħor bħalu, biss fil-qasir kien ġuvni ta' rispett kbir, u ta' ispirazzjoni kbira fejn Jiena personalment kelli grazzja kbira u nirringrażżja 'l Alla li rnexxielu jlaqqani ma' Jerome u li kelli opportunita liema bħalha li kelli ħin li nqatta’ miegħu.”
“Ġuvni li dejjem moħħu sabiex jgħin lil ħaddieħor u saħansitra li jġib lil ħaddieħor qablu! Għal Jerome dak kien l-ikbar sodisfażżjon li jagħmlu kuntent saħansitra anka meta hu stess kellu bżonn lil ħaddieħor fl-iktar mumenti difficli. Qeda f'moħħi li nirrakontalkom min kien Jerome u kemm kien ta' ispirazzjoni anka għalija personali u l-mumenti sbieħ u ta' memorji li għandi li kelli miegħu. Parti kbira mill-mertu kbir ta' dan il-ġuvni eżemplari tingħata lill-ġenituri tiegħu Kenneth u Josette għaliex ‘charity begins at home’ u kif ngħidu li tiżra taħsad!”
“Prosit Josette u Kenneth li tellajtu u rabbejtu żewġt itfal, Jerome u ħuh Jethro b'tant valuri kbar u sodi. Kenneth u Josette waqqfu din il-Fondazzjoni Smiling with Jerome u ma stajtux tagħżlu titlu eċċelenti iktar minn hekk għaliex Jerome kien ikun dejjem b'daħqa sinċiera. Proset. Din il-fondażzjoni twaqqfet għaliex dak li Jerome kien jagħmel f'ħajtu, jibqa' attiv li ħallha warajh u hekk għamlu b'dedikazzjoni kbira u b'xogħol li ma jieqaf qatt.”
“Żgur li m'għandix għalfejn ngħid iktar għaliex kull wieħed u waħda minna naraw b'għajnejna x-xogħol li jagħmlu għalina. Il-ġenituri ta' Jerome, setgħu jagħmlu inqas milli qedgħin jagħmlu u jkomplu fuq il-passi ta' Jerome billi jagħżlu xi ħaġa mhix daqshekk ta' xogħol kontinwu li ma jieqaf qatt, pero marru oltre, u minflok qegħdin jgħixu ħajjithom bħal ħaddiehor f'sens ta' kull familja li jkollhom iktar ħin f'idhom, iddeċidew li jgħixu ħajjithom għal ħaddieħor!”
“Ġieli gitkom f'moħħkhom? Għaliex lili ta' sikwit jgħaddili minn moħħi u noqgħod naħseb ftit fihom u nirrealizza li dan ir-raġel u din il-mara qegħdin jgħixu kontinwament l-ħin ta' ħajjithom li għalkemm għaddew minn ħajja tant u tant diffiċli u ta' sagrificcju kbir, neghdew il-grupp TRUE HEROES sabiex lilna jtejbulna ħajjitna bl-iktar mod possibli u ta' sagrifiċċju kbir.”
“Ħaġa oħra li naħseb ħafna fuqha peress li Josette tkun kuljum b'kuntatt magħna tibgħatilna li rnexxielha nieqaf għal ftit minuti kif nara notifikazzjoni li għandha li tkun akkwistat għalina u nipprova nilbes iż-żarbun ta' Josette, pero nkun reali' magħkhom meta nibda naħseb li kieku jiena jkolli nkun Josette, lesta li nagħmel ix-xogħol li tagħmel hi? Bl-ikbar onesta jien personalment ngħidilkom le, lanqas qatt għaliex mhijiex faċli! F'moħħi u f'qalbi nibda ngħid imma din il-mara kif tasal li titlob u ssaqqaf wiċċha ma' nies negozjati jew mhumiex sabiex titlobhom l-għajnuna għalina?”
“Ġieli taħsbu u tirrealizzaw kemm hi diffiċli u onestament kieku jien inħossni skomda u nistħi emmnuni li nitlob għajnuna u lesti ahna li nagħmluha aħna stess kieku? Terġa' mhux għall-familja waħda, iżda għall-familji numerużi kbar li ta' kuljum jiżdiedu fil-grupp True Heroes! L-ammirażżjoni li għandi għal Josette hija waħda kbira li ta' kuljum tara kif ser tgħina sabiex tneħħilna piż kbir fil-ħajja tagħna u ttina opportunitajiet sabiex inkunu nistgħu nnaqsu l-istress f'ħajjitna għaliex tifhem il-piż anka finanzjarju li ngħixu ta' kuljum u li ċertu affarijiet ma nkunux nistgħu nagħmlu bħal familji oħra li m'għandomx il-problemi tagħna.”
“Minix infisser illi t-tfal tagħna għalina huma problema, għaliex huma kollox għalina, iżda nkunu nistgħu nagħmlu affarijiet bħal ħaddieħor u Josette tgħina ħafna sabiex ma nħossuniex inqas minn ħaddieħor u sabiex itaffilna ftit mill-ħajja diffiċli li ngħixu fiha aħna li għandna tfal b'kwalnukwe dizabilta. Għalhekk naħsbu ftit li meta tibgħatilna l-offerti li jkunu tawna l-isponsors niftakru ftit u nirrelizzaw li warajhom dawn l-attivitajiet, vouchers tal-ikel, sbuħija, fis-sajf nafu kemm ikollna attivitajiet sbieħ jkun hemm Josette li talbet lil ħaddieħor sabiex jgħin lilna.”
“Meta tibgħatilna post li toffrilna dan kollu li semmejt u niftakru ftit u nirrealizzaw kif waslet għandna din l-offerta, mhux nieħdu kollox for granted u barra minn hekk, din il-mara tgħinna mingħajr l-ebda ritorn lura u b'fatt ta' volontorjat u ġenoriżita pura. Il-kelma GRAZZI lejn din il-mara hija biss farka żgħira immens li tagħmel! Jien stess ma nkunx naf kif ħa nirringrazzjaha, pero kuljum nitlob lill-għażiż tagħna Jerome sabiex iżomm idejh fuq il-familja kollha sabiex ikollhom is-saħħa, le mhux biex jibqgħu għaddejjin jgħinu lilna imma sabiex ittihom il-kuraġġ u s-saħħa u m'għandi l-ebda dubju li hekk qiegħed jagħmel, hekk kien u hekk sser jibqa' jagħmel.”
“Nagħlaq billi nitlobkom xi ħaġa vera żgħira, il-Fondażzjoni SMILING WITH JEROME hija NGO żgħira ħafna u mhix bħal l-NGO'S il-kbar li jingħataw anka grants mingħand il-gvern, għalhekk nitlobkom intellaw post, li ħa tohdilna ftit ħin li nippromwovu lil fondazzjoni.” Temmet billi qalet, “Għalkemm il-Fondazzjoni hija żgħira tgħin diversi persuni b'dizabilita differenti. Jekk kull waħda u wieħed minna ntellgħu post żgur li ħa tagħmel differenza għaliex anka nistgħu niktbu li jekk tkun ħa ssir xi maratona u taħsbu f'din il-fondażżjoni jew jekk hemm xi negozzjanti li jistgħu jgħinu l-fondazzjoni tkun qed ittejjeb ħafna familji bil-piż li jkollhom u lit-tfal tagħhom li jkunu jistgħu jgħixu aħjar. U xi kultant nistgħu nerġgħu intellgħu post. L-iċken ħaġa ta' kif nistgħu ngħinu lil Josette u fl-istess ħin lilna l-membri kollha.”
Smiling With Jerome