Love Island Malta – Koppji Ġodda Wara D-Dħul Taż-Żewġ Bombshells Irġiel!

Fil-villa ta’ Love Island Malta kien hemm ftit taqlib hekk kif daħħlu żewġ bombshells ġodda, Cruyff u Matthew, żewġ ġuvintur li ġabu magħhom doża friska ta’ enerġija u tensjoni. Kif kien mistenni, ir-recoupling qalbet is-sitwazzjoni ta’ taħt fuq.

Il-ġuvintur l-oħra fil-villa, mhux kollha ħadu gost speċjalment Sean li spiċċa tilef lil Yennifer għal Matthew. Ovvjament hu se jipprova jiddefendi l-konnessjoniji li bena. Il-mument tar-recoupling kien tens.

Issa li l-karti ġew inqallbu xi ftit, wieħed jistaqsi: min se jirnexxilu jibqa’ f’koppja, u min se jispiċċa waħdu? Ħaġa waħda hija ċerta – Cruyff u Matthew ġew biex jagħmlu impatt, u s’issa wieħed minnhom irnexxielu.



  • Michela ingħaqad koppja ma’ Cruyff
  • Matthew ingħaqad koppja ma’ Yennifer
  • Sean ingħaqad koppja ma’ Diane
  • Keenan ingħaqad koppja ma’ Alessia
  • Daniel ingħaqad koppja ma’ Daiana
  • Leon ingħaqad koppja ma’ Evelyn



Facebook / Love Island Malta



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI