Lyndsay Pace Tniedi Kanzunetta Personali Immens Mimlija Emozzjoni

Fost diversi proġetti, Lyndsay Pace żgur li hi wiċċ familjari għall-pubbliku meta nħarsu lejn ix-xena mużikali, u hija deskritta bħala ‘il-ħolma tal-produttur’. Il-kantawtrici versatili twieldet fit-12 ta’ Marzu 1990.

Lyndsay dejjem kellha passjoni qawwija għall-mużika u din dejjem kienet evidenti minn età relattivament żgħira, li ġġorr il-preżenza naturali tagħha u l-abbiltajiet jispikkaw fil-wirjiet tagħha fuq il-palk.

Hija differenti mill-artisti l-oħra fl-industrija tal-mużika lokali billi ġġib ċerta aura professjonali li tinkorpora stamina u attitudni pura.





Is-single ricenti tagħha Lullaby, b’kollaborazzjoni ma’ Safo Style, hi l-aktar kanzunetta personali tagħha, fejn titkelem fuq l-irwol gdid tagħha bħala omm. Din il-kanzunetta sentimentali hi miktuba minn Lyndsay stess, filwaqt li l-produzzjoni hi ta’ Dan William Rooney minn ġewwa l-Irlanda.

Din is-silta ġdida diġà ġiet magħżula biex tindaqq fuq l-istazzjonijiet tar-radju ewlenin u hi wkoll disponibbli fuq il-pjattaformi tal-mużika kollha bħal Spotify, ITunes, Apple Music eċċ.

Wieħed jista’ jsegwi wkoll il-filmat mużikali fuq YouTube, produzzjoni u direzzjoni ta’ Safoura Naraghi. 

Mill-perspettiva tagħha, l-ispirazzjonijiet ta’ Lyndsay ġejjin minn esperjenzi tal-ħajja, nies li jaffettwawha b’xi mod jew ieħor, l-opinjonijiet tagħha dwar id-dinja u influwenzi minn ħafna artisti ta’ ġeneri differenti.

L-ambizzjoni ta’ Lyndsay hi li tilħaq l-għanijiet tagħha bhala artista stabbilita u tittama li fiż-żmien dovut tkun tista’ tirnexxi anka barra minn xtutna.

Idħol HAWN biex issegwi s-sit uffiċjali ta’ Lyndsay.

Facebook/ Lyndsay Pace



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI