Aktar kmieni dalgħodu, l-Animal Welfare t’Għawdex irċeviet telefonata miż-Żebbuġ, Għawdex.
Dan hekk kif intlemaħ kelb mitluf u mingħajr ċippa.
Il-persuna li sabitu tista’ żżommu temporanjament biss, filwaqt li l-Welfare t’Għawdex huwa mimli u m’hemmx post għal iżjed klieb.
Jekk xi ħadd jaf lil xi ħadd li jista’ joffri kenn lil dan il-kelb huwa mitlub jikkuntattja lill-paġna tal-Animal Welfare.
Facebook / Animal Welfare Gozo