Josette Busuttil esprimiet ferħ u kburija fuq il-paġna tagħha hekk kif bintha Mariah Busuttil gradwat bil-Masters.
Hi kitbitilha, “Qalbi mimlija bi kburija li diffiċli npoġġiha fi kliem .. Ma tantx domt nistenna biex nerġa’ narak bit-toga għażiża.”
Żiedet tgħid, “Tara lil bintek tikber u ssir il-mara li hi llum hu unur li diffiċli tispjegah. Għall-pass ieħor importanti fil-vjaġġ tiegħek. Mument ieħor ta’ ċelebrazzjoni .. mhux biss għas-suċċess, imma għall-vjaġġ kollu li wasslek s’hawn.”
Kompliet tawguralha, “Prosit minn qalbi, binti. Il-kburija tiegħi fik m’għandhiex limiti. Masters in European Politics Economics and Law.”
Dan il-messaġġ jirrifletti l-imħabba bla qies ta’ omm, li tifraħ tara lil uliedha jirnexxu fil-ħajja permezz tad-determinazzjoni u l-ħidma tagħhom.
Facebook / Josette Busuttil