“Ma Jgħaddix Jum Li Ma Nkunx Nixtieq Ngħannqek” – Messaġġ Minn Antoine Magri Lil Ibnu Juan

F’messaġġ qasir Antoine esprima n-niket u l-imħabba li għadu jġorr f’qalbu għal ibnu Juan.

Huwa kiteb, “Ma jgħaddix jum li ma nkunx nixtieq ngħannqek u nbusek imqar għal darba waħda biss. Nixtieq biss li fejn tinsab qiegħed kuntent u bla tbatija. Nimmisjak kuljum għażiż Juan, imma f’din il-ġurnata nimmisjak wisq.”



Dan il-kliem sempliċi iżda li jġorr ħafna sentimenti juri kemm ir-rabta bejn missier u iben tibqa’ tgħix fil-qalb, minkejja t-telf li ġġib magħha l-ħajja. F’ġurnata ddedikata lill-missirijiet, il-ħsieb tiegħu mar direttament għand Juan, b’tama li fejn jinsab illum jinsab fil-paċi u mingħajr tbatija.



Messaġġ bħal dan ifakkarna fl-għeżież tagħna li ħallew din id-dinja iżda l-memorji tagħhom jibqgħu mnaqqxa fi qlubna. 



Ritratti:

Fb/ Antoine Magri

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI