Il-kantanta u mużiċista lokali, Pamela, qasmet mas-segwaċi tagħha ritratt li jġeddilha memorji sbieħ. Fir-ritratt jidher l-għażiż missierha jħares lejha b’ammirazzjoni kbira, hekk kif hi ddoqq il-kitarra.
Hi kitbet, “Ritratt wieħed li jispjega miljun kelma! Missieri kburi, iħares lejja ndoqq il-kitarra u nkanta meta kelli madwar erbatax-il sena. L-appoġġ bla tmiem li tagħti l-familja tfisser kollox għal kull artist, ikun min ikun. Probabbli hu u ommi ma kellhomx l-iċken idea jekk kontx tajba biżżejjed, u dak iż-żmien qatt m’għaddielhom minn moħħhom li nista’ nsir mużiċista professjonali… imma dan qatt ma waqqafhom milli jwassluni għal kull lezzjoni tal-mużika, jappoġġjaw il-passjoni u l-imħabba tiegħi lejn din l-arti. Inħobbkom.”
L-imħabba tal-ġenituri tat lil Pamela l-kunfidenza li ssir l-artista brillanti li hi llum.
Facebook / Pamela