Jingħalaq is-separju fuq il-produzzjoni eċċellenti, unika, L-Aħħar 13. L-attur Ryan Mark, li ħadem il-karattru ewlieni tal-istorja, qasam messaġġ mill-qalb dwar din l-esperjenza artistika.
“Domt aktar minn xahar biex nidra kollox, imma xorta ma kontx lest għat-tmiem. Li nħalli dan il-karattru warajja ma kienx faċli. Sar parti minni b’modi li ma stennejtx. Għadni ma nistax nemmen li din kienet l-ewwel produzzjoni tiegħi, u li rriżultat f’suċċess daqshekk kbir.”
Ryan Mark jirringrazzja lil kull persuna involuta, bil-kast u l-kru b’kollox; għal dejjem grat lejn ommu Simone u missieru Ivan, il-ko-produtturi, li jemmnu fih f’kull wirja li jagħti.
Hawn fdawlu karattru kumpless u emmnu li kapaċi jinterpretah b’perfezzjoni, kif fil-fatt għamel. Japprezza anke l-appoġġ prezzjuż tal-maħbuba tiegħu Shanika.
“Fl-aħħar nett, grazzi lil kull min ġie jarani u jappoġġjana. Grazzi talli ħallejtuna naqsmu dan il-vjaġġ magħkom… Ġej aktar… Dan huwa biss il-bidu.”
Prosit tassew Ryan Mark u nawgurawlek għal dak li jmiss!