“Nikkundanna Bla Ebda Riservi Dak Li Sar Dalgħodu Fl-Iskola Primarja Tagħna” – Is-Sindku Wayne Aquilina

Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tiegħu, s-Sindku tal-Kalkara Wayne Aquilina qasam messaġġ rigward dak li ġara dalgħodu fl-iskola primarja tal-Kalkara.

Hu qal, “Nikkundanna bla ebda riservi dak li sar dalgħodu fl-iskola primarja tagħna u nuri s-solidarjeta’ tiegħi mal-Kap tal-iskola u l-istaff amministrattiv.”

Żied, “L-ebda tip ta’ vjolenza u aggressjoni m’hi aċċetata lejn min imexxi.  Biex ħadt ma jallarma ruħu, irrid nirringrazzja lil kull min b’xi mod għen biex is-sitwazzjoni ġiet ikkalmata, inkluż il-pulizija.”







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI