Dgħajsa Abbandunata Trasformata Fi Vjaġġ Imaġinattiv Għat-Tfal Fil-Kalkara

Dgħajsa

Fuq inizjattiva tal-għaqda volontarja Generation (Change?) dgħajsa abbandunata ġiet trasformata fi vjaġġ imaġinattiv għat-tfal fi Ġnien is-Salvatur il-Kalkara.

The Playboat: Voyage to Imagination hija inizjattiva u proġett ko-finanzjat b’fondi tal-Unjoni Ewropea li voluntiera minn Generation (Change?) ħadmu fuqha fl-aħħar xhur sabiex intlaħħaq l-għan li din id-dgħajsa sservi bħala simbolu komunitarju, spazju għal librerija fil-miftuħ u punt ta’ tluq għal vjaġġ immaġinarju għat-tfal.



“Bħala Kunsill Lokali tal-Kalkara, aħna nemmnu bis-sħiħ f’proġetti li jsaħħu s-sens ta’ komunità, li jrawmu l-kreattività u li jagħtu spazji ġodda għat-tfal u għall-familji tagħna. Nitama li din id-dgħajsa ma tkunx biss attrazzjoni sabiħa fi Ġnien is-Salvatur, fid-daħla prinċipali tal-Kalkara, iżda wkoll spazju fejn jitwieldu stejjer, fejn it-tfal joħolmu u fejn l-adulti, ġenituri, nanniet, kuraturi, jistgħu jgħaddu ftit ħin ta’ kwalità ma’ uliedhom, man-neputijiet tagħhom” – Wayne Aquilina Sindku tal-Kalkara



L-inawgurazzjoni ta’ din l-inizjattiva, saret il-Ħamis 30 t’April fejn ġie spjegat ix-xogħol li sar, filwaqt li Generation (Change?) ippreżentaw numru ta’ kotba lill-Kunsill Lokali tal-Kalkara, sabiex jitpoġġew f’din id-dgħajsa.

Dakinhar, bosta tfal żanżnu d-dgħajsa billi telgħu fiha, bdew jaqraw xi ktieb, ipenġu xi ħaġa u kif inhu l-għan tal-proġett, telqu fuq vjaġġ ta’ imaġinazzjoni.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI